Set Production Crew

Studio 7 Co. Limited

Job Ref: KMP-110378

Studio 7 Co. Limited Logo

Basis

Full-Time

Apply by

07-Nov-2026

Location

Birkirkara

facebook social media iconlinkedin social media iconreddit social media icon

Inti bniedem li taf taħdem l-injam u għandek passjoni għall-preċiżjoni fuq dan ix-xogħol? Qed infittxu bniedem bħalek biex jingħaqad magħna.

Xi jkun xogħolok:

  • Tipprepara bi ħsieb, tibni, tgħabbi, twassal l-affarijiet, tarma, iżżarma u tirritorna l-affarijiet fuq il-post tax-xogħol f’kundizzjoni tajba.

  • Taf tuża magni li jaqtaw l-injam.

  • Tibni settijiet li jkunu differenti min norma, dejjem iżżomm f’mohhok il-preċiżjoni u li ma jkunx hemm ħela ta' materjal.

  • Tinstalla drappijiet (li jista' jkun ukoll ipprintjat) fuq kwadri ta’ l-injam.

  • Taqra u ssegwi pjanta jew disinn.

  • Organizzazzjoni u tqassim tal-ħin tajjeb huma importanti biex nilħqu ċerta limitazzjonijiet taż-żmien.

  • L-affarijiet il jinbnew iridu jkunu sikuri u jinżammu f’kundizzjoni tajba.

  • Tibni pjattaformi mill-material li diġà għanna fl-istokk tagħna.

  • Tieħu ħsieb l-għamara li għanna fl-istokk bħal siġġijiet, imwejjed, bnadar, arbli tal-kju u affarijiet oħra.

Affarijiet Essenzjali li wieħed irid ikollok:

  • Esperjenza f’dan il-qasam tax-xogħol.

  • Hiliet ta' tmexxija.

  • Organizzazzjoni u tqassim tal-ħin tiegħek.

  • Liċenzja Kategorija B u C+C1 (Jekk ma għandekx nistaw niddiskutu).

  • Titkellem u tifhem tajjeb kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż (Jekk tkun taf titkellem b’xi lingwa oħra titqies bħala +).

Jekk apparti dan kollu għandek xi talent ieħor bħal taħdem il-ħadid jew aluminju jiġi ikkunsidrat bħala vantaġġ.

Interessat? Applika issa u inkludi deskrizzjoni qasira fuqek bl-esperjenzi tiegħek.