Rappreżentant Tal-Bejgħ

Philip A. Tabone Marketing Limited

Basis: Full-Time

Closing Date: 01-Dec-2024

Job Ref: KMP-95053

Philip A. Tabone Marketing Limited Logo

Basis

Full-Time

Apply by

01-Dec-2024

Location

Undefined

Salary

Undefined

facebook social media iconlinkedin social media iconreddit social media icon
Posiżżjoni disponibbli għall Rappreżentant Tal-Bejgħ ta’ prodotti madwar Malta u Għawdex.

Bil-fuq minn 50 sena fin-negozju, il-kumpanija kibret f’wieħed mill-fornituri ewlenin f’Malta fis-servizzi tal-bini u infrastruttura. Materjali ta’ kostruzzjoni, addittivi tal-konkos, prodotti kontra l-ilma, żebgħat, prodotti ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol, prodotti ta’ restawr tal-ġebla Maltija, ġeneraturi tad-dawl, għodda u ħafna aktar.

Responsabbiltajiet ewlenin jinkludu però mhux limitati:

  • Bejgħ u reklamar.

  • Isservi ta' appoġġ lit-tim u tikkumplimenta fil-bżonnijiet ta’ kuljum.

  • Tirrapporta direttament lis-superjuri u tipprovdi rapporti u inizjattivi konsistenti.

  • Tkattar ir-rotta preżenti u iżżid fuqha.


Rekwiżiti meħtieġa:

  • Kunfidenza fil-qasam tal-bejgħ.

  • Passjoni għall-prodotti relatati mal-bini u kostruzzjoni inġenerali.

  • Kapaċita ta' tkattir ta' relazzjoni pożittiva mal-klijenti.

  • Pussess ta' liċenzja tas-sewqan nadifa.

  • Dehra pulita u nadifa.

  • Attitudni pożittiva.


Dak li ser tirċievi:

  • Impjieg sigur ma' kumpanija soda u strutturata.

  • Ambjent tax-xogħol pjaċevoli.


Il-kandidati interessati għandhom jgħaddu CV permezz tal-buttuna tal-applikazzjoni hawn taħt.
Philip A. Tabone Marketing Limited - KMP-95053